Il-Bajja ta’ Spinola hi nadifa iktar minn qatt qabel wara li erbgħin għaddas u għaxar voluntiera ngħaqdu flimkien għal tindifa papali tal-qiegħ tal-baħar.
F’din l-ewwel tindifa riċenti simili li saret fl-inħawi, inġabret tunellata ta’ skart f’sagħtejn li tvarja minn ammont kbir ta’ fliexken u kontenituri tal-plastik, bottijiet tal-metall, bċejjeċ tal-baħar, ħadid u kull xorta ta’ skart ieħor.
Il-voluntiera kellhom biċċa xogħol mhux faċli biex iġorru wkoll skart ta’ daqs kbir saħansitra anke skart tossiku bħal batteriji tal-karozzi u tajers. L-iskart imbagħad ġie magħżul u separat.
L-attività kienet organizzata mill-għaqdiet mhux governattivi Żibel u Say no to Plastic Malta bil-kollaborazzjoni ta’ Dive-System. Għaqqdet ukoll lill-ikbar żewġ klabbs tal-għaddasa f’pajjiżna, Atlam u Calypso Subaqua.
Il-pjan hu li tindifiet simili jkomplu jiġu organizzati frekwentament tant li diġa hemm il-ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin issir attività simili f’Buġibba.
//= $special ?>