Il-Festival taċ-Ċikkulata reġa’ wera li hu l-post ideali għal dawk kollha li jħobbu ċ-ċikkulata. Dan hekk kif ilbieraħ filgħaxija saret l-għaxar edizzjoni tal-Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.
Il-festival kien karatterizzat minn stands armati li kienu mimlija b’għażla ta’ diversi prodotti, ovvjament magħmulin miċ-ċikkulata.
Matul it-toroq kien hemm diversi attrazzjonijiet magħmula miċ-ċikkulata li jinkludu pittura fuq it-tila, tatwaġġi, body painting, pitturi u anke skulturi.
Dawn huma uħud mir-ritratti li ħa l-fotografu ta’ MediaLink Communicatons, Joseph Galea, u li juru l-ħila fl-arti taċ-ċikkulata ta’ Andrew Farrugia.
Waqt li r-ritratti miġbuda mill-fotografu Martin Agius, jixħtu dawl fuq il-varjetà li paxxiet lil dawk kollha li attendew.