Lokali

Malta l-agħar fost l-Ewropej fl-ammont ta’ skart riċiklat

Pajjiżna hu l-agħar fost il-pajjiżi Ewropej fl-ammont ta’ skart li jiġi riċiklat.

Dan joħroġ minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea, li juri biċ-ċarkif hemm kważi ċertezza li pajjiżna mhux se jilħaq il-miri Ewropej għall-2020 f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskart muniċipali.

Malta, flimkien mar-Rumanija, il-Greċja u Ċipru, lanqas biss jilħqu l-20% tal-iskart prodott minnhom li jiġi riċiklat. Dan meta l-miri Ewropej għall-2020 huma ta’ 50%.

F’Malta, is-sitwazzjoni hi kritika. Tant hu hekk li bħala pajjiż jirnexxielna nirriċiklaw biss 7% tal-iskart li nipproduċu, waqt li 83% tal-iskart imur fil-landfills l-ogħla fil-lista.

Dawn iċ-ċifri tal-mistħija, li juru falliment totali tas-sistemà tal-ġbir tal-iskart f’pajjiżna, wasslu biex Malta ġiet ittimbrata bħala l-iktar maħmuġa fl-Ewropa.

Li pajjiżna nieqes minn sistemà effiċjenti ta’ kif jinpabar u jiġi riċiklat l-iskart toħroġ biċ-ċar fil-falliment totali tas-sistemà ġdida ta’ ġbir ta’ skart organiku. Tant hu hekk li anke l-Ministru Jose Herrera deher konfuż dwar x’se jiġri.

Fl-aħħar jiem, diversi rħula madwar pajjiżna kienu karatterizzati minn familji li ma rċivewx il-kontenituri, kjuwijiet twal ta’ nies jistennew biex jiġbru kontenitur u saħansitra Kunsilli Lokali nvażati min-nies wara li offrew li jagħtu daqqa t’id minn jeddhom.