Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri feriti gravi wara li ħabat fi ‘crash barrier’

Raġel ta’ 57 sena miż-Żurrieq sofra feriti gravi wara li baqa’ dieħel bil-mutur li kien qed isuq fi ‘crash barrier’ fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq Louis Wettinger (il-Bypass tal-Mellieħa) meta, għal xi raġuni, r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur, tat-tip Kymco Dink, u baqa’ dieħel fil-‘crash barrier’.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal ukoll tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.