Eżatt ġimgħa wara l-Budget it-toroq tagħna dalgħodu reġgħu kienu karatterizzati minn konġestjonijiet ta’ traffiku, partikolarment f’toroq u zoni fejn dan l-aħħar sar xogħol mill-Gvern.
Wara d-diskors tal-Budget, ħafna kienu diżappuntati għall-fatt illi fil-Budget, il-Gvern ma ndirizzax din il-problema tat-traffiku bi pjan ċar u studjat – minn diskors shih ta’ 100 pagna, kien hemm biss ftit linji li jitkellmu fuq it-trasport. Iżda l-pjan fit-tul tal-Gvern, ma jidher imkien.
Il-ġimgħa li għaddiet, l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika ikkonferma li f’sena n-numru ta’ karozzi f’pajjiżna żdied bi 3.6 fil-mija. Sal-aħħar ta’ Settembru, f’Malta u Ghawdex kellna aktar minn 382,600 vettura licenzjata.
Minn dan l-ammont kollu, 7 fil-mija biss huma muturi, u l-maġġoranza huma karozzi privati. Hemm 13 fil-mija li huma reġistrati bhala vetturi kummercjali. Filwaqt li farka mit-total ta’ vetturi – 0.5 fil-mija – huma vetturi elettriċi jew hybrid.
L-istatistika turi li qed jiżdiedu mas-36 karozza kuljum fuq it-toroq tagħna.
//= $special ?>