Għal darboħra il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne reġa’ ma weġibx mistoqsijiet dwar il-pazjent li tilef ħajtu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, wara li l-ġimgħa li għaddiet ma weġibx il-mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Chris Said dwar l-istess każ.
Net News illum attenda għal konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Budget mill-istess Ministru fejn staqsejnih jekk kienx jaf li fir-rapport tal-pazjent kienx hemm nota li tgħid li “kien hemm bżonn ta’ ħelicopter” għal dal-pazjent – iżda dan ma kienx disponibbli.
Chris Fearne ma weġibx għal din il-mistqosija u lanqas ma ċaħad li dak li seħħ dakinhar kienx seħħ drabi oħra, bħal, fost l-oħrajn fil-każ tal-kura tal-eks Ministru għal Għawdex Anton Refalo ftit tax-xhur ilu.
Chris Fearne qal li l-inkjesta dwar dan il-każ ġiet konluża u li hu għandu jippreżenta r-riżultat tal-istess inkjest lid-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Chris Said iktar tard illum. Iżda il-mistoqsijiet tagħna baqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>