Gowl kmieni ta’ Riyad Mahrez kien biżżejjed għal Manchester City biex jegħlbu l-isfida ta’ Tottenham f’Wembley Stadium u b’hekk reġgħu qed jokkupaw il-quċċata tal-Premier League flimkien ma’ Liverpool.
Din ir-rebħa fissret ukoll li Manchester City saru l-ewwel klabb mhux minn Londra li rebaħ ħames logħbiet konsekuttivi fil-Premier League b’rebħiet fl-2018 kontra West Ham u darbtejn kontra Arsenal u Tottenham. Ħafna mid-diskussjonijiet qabel il-logħba kienu dwar il-kundizzjoni ta’ Wembley Stadium, wara li l-Ħadd intlagħbet logħba mill-NFL.
Il-gowl tar-rebħa wasal wara biss sitt minuti meta Riyad Mahrez ħa vantaġġ minn żball ta’ Kieran Trippier, bl-Alġerin jgħolli jdejh fuq, fejn iddedika l-gowl għas-sid ta’ Leicester Vichai Srivaddhanaprabha wara l-mewt traġiku tiegħu, hekk kif Mahrez kien jifforma parti mit-tim ta’ Leicester li kien rebaħ il-kampjonat.
Fit-tieni taqsima, David Silva falla ċans tad-deheb mill-viċin, iżda għaxar minuti mit-tmiem, kien Erik Lamela li naqas li jġib id-draw b’xutt li għadda għoli minn qagħda ideali. Fl-aħħar minuti, Tottenham għafsu għall-gowl tar-rebħa, iżda ma rnexxielhomx jagħmlu dan biex baqgħu fil-ħames post.
//= $special ?>