Ħadd ma salva wara li ajruplan tal-passiġġieri ġġarraf fil-baħar ftit wara li kien telaq mill-ajruport ta’ Jakarta, il-kapitali tal-Indoneżja.
Abbord il-Boeing 737 Max tal-Lion Air kien hemm 184 persuna, u ġġarraf 13-il minuta wara li telaq minn Jakarta dirett lejn il-belt Indoneżjana ta’ Pangkal Pinang. Ftit qabel ma ġġarraf, l-ajruplan għamel talba beix jirritorna lura Jakarta.
L-ajruplan hu relattivament ġdid u kien ilu minn Awwissu jintuża mil-Lion Air. Dan hu l-ewwel inċident li fih kien imdaħħal ajruplan ta’ dan it-tip, verżjoni aħjar tal-Boeing 737. Il-Lion Air, kumpannija low cost Indoneżjana, tuża 11-il ajruplan ta’ dan it-tip.
Il-kawża tal-inċident m’hux magħrufa.
//= $special ?>

