Inter komplew bil-forma pożittiva b’rebħa tajba ta’ 3-0 kontra Lazio fi Stadio Olimpico. Din ir-rebħa kienet is-sitt waħda konsekuttiva għal Inter li biha laħqu lil Napoli fit-tieni post tal-klassifika.
Inter fetħu l-iskor fit-28 minuta meta f’azzjoni fil-kaxxa, Ivan Perisic għadda lejn Matias Vecino li żied lejn MAURO ICARDI li mill-qrib għeleb lil Strakosha. It-tim ta’ Spalletti rdoppja fil-41 minuta meta minn kross mil-lemin, id-difiża ta’ Lazio biegħdet parzjalment, bil-ballun jispiċċa għand MARCELO BROZOVIC li b’xutt bix-xellug minn barra l-kaxxa, għeleb lil Strakosha.
Fit-tieni taqsima, Lazio żiedu l-pressjoni fejn anki kellhom xi okkażjonijiet. Iżda kienu Inter li għalqu l-logħba fil-71 minuta. Borja Valero serva b’mod perfett lejn MAURO ICARDI li għeleb in-nasba tal-offside biex iltaqa’ mal-ballun, ġibed għax-xellug u għeleb lil Strakosha b’xutt bix-xellug.
//= $special ?>