Internazzjonali

Merkel se twarrab

Wara disfatta oħra f’elezzjoni reġjonali Ġermaniża, Angela Merkel ħabbret lill-li fi tmiem is-sena kienet se twarrab mit-tmexxija tal-Partit Demokristjan (CDU) u fl-2021 minn Kanċillier.

Dan wara li s-CDU sofra disfatta oħra f’elezzjoni reġjonali Ġermaniża.

Merkel qalet li filwaqt li ma kenitx se tikkontesta l-elezzjoni għall-kap tas-CDU f’Diċembru, xtaqet tibqa’ Kanċellier tal-Ġermanja sa tmiem il-mandat. Xi ħaġa li se tkun diffiċli tagħmel fiċ-ċirkustanzi. Dan hekk kif minħabba d-disfatti fl-elezzjonijiet interni Ġermaniżi, il-koalizzjoni tal-Gvern li tmexxi dejjem qed jidher qrib li jisfaxxa.

Merkel ilha fit-tmun tas-CDU mis-sena 2000 u tal-Ġermanja mill-2005. Tradizzjonalment, min imexxi l-akbar partit fil-pajjiż ikun Kanċillier imma din tradizzjoni mhux regola fiss.

Fi tmiem il-ġimgħa saret elezzjoni fl-Istat Ġermaniż ta’ Hesse u kemm is-CDU kif ukoll il-partit Soċjal-Demokratiku (SPD) marru ħażin ħafna. Filwaqt li s-CDU baqa’ l-akbar partit, dan tilef 11 fil-mija tal-voti mal-elezzjoni preċedenti – l-agħar riżultat f’Hesse mill-1966.
Dan filwaqt li partiti bħal dak estremista tal-lemin, l-AfD, u l-Ħodor komplew sejrin tajjeb u dak tal-partiti tradizzjonali majna.

Il-favorit biex jieħu post Merkel hi Annegret Kramp-Karrenbauer, is-Segretarju Ġenerali tas-CDU.