Lokali

Muscat ma jweġibx hux se jżid taxxi ġodda matul is-sena

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jridx iwieġeb jekk hux se jkun qed iżid taxxi matul is-sena li ġejja – bħalma għamel matul din is-sena meta l-poplu tgħabba b’piżijiet ġodda li ma kienux tħabbru fil-Budget għal din is-sena għoli fil-prezzijiet tal-fuels, tal-ħalib, tal-ħobż u tal-gass, flimkien mat-taħwid fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

U wara li ilu ġimgħa jgħid li l-Budget 2019 ma jinkludix taxxi ġodda, Muscat kien mistoqsi minn In-Nazzjon jekk hux beħsiebu jdaħħal taxxi ġodda matul is-sena li ġejja. Iżda għal darba darbtejn … Muscat ħarab sakemm daħal ġol-karozza tiegħu.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni – diskors mimli proposti għall-futur minn Adrian Delia b’viżjoni biex ħadd ma jibqa’ lura – il-Prim Ministru pprova jiredikola l-proposti billi qabbilhom mal-Halloween.