Sport Sport Ieħor

Valentino Rossi jgħid li r-rebħa ta’ Vinales ma tibdel xejn għal Yamaha

(Ritratt: EPA)

Valentino Rossi qal li r-rebħa li kiseb il-kollega Maverick Vinales f’Philip Island fl-Awstralja, ma jibdilx ħafna għal Yamaha. Vinales temm l-istennija ta’ 25 tiġrija ta’ Yamaha għal rebħa bi prestazzjoni tajba.

Iżda Rossi li spiċċa fis-sitt post, qal li r-riżultat ma jnaqqasx il-bżonn ta’ Yamaha li jagħmlu qabża kbira fil-prestazzjonijiet is-sena d-dieħla. Dan minħabba li f’ħafna minn dan l-istaġun kienu jinsabu wara Honda u Ducati.

“Dan hu riżultat tajjeb għal Maverick u wkoll għat-tim kollu u għal Yamaha għaliex ilu ħafna ma nirbħu. Imma rridu nkomplu naħdmu għas-sena d-dieħla. Ċertament hi injezzjoni kbira ta’ kunfidenza imma ma naħsibx li tibdel ħafna,” qal Rossi.

Rossi kien fit-tieni post ftit wara li Vinales mar fil-vantaġġ, iżda ma żammx il-pass fit-tieni parti tat-tiġrija u spiċċa wara ż-żewġ muturi ta’ Suzuki u Ducati. B’Andrea Dovizioso jispiċċa t-tielet, fisser li Rossi jinsab 15-il punt wara t-Taljan fit-taqtigħa biex jispiċċaw it-tieni wara Marc Marquez.

Tags