Internazzjonali

Aktar vittmi tal-maltemp fl-Italja

Skejjel magħluqin, turisti evakwati, għargħar, u aktar vittmi. Hija din is-sitwazzjoni fil-parti l-kbira tal-Italja hekk kif il-pajjiż ġar tagħna ilu jiem sħaħ milqut minn xita qawwija u maltemp li hu kemmxejn rari għal dan iż-żmien tas-sena.

Fost il-vittmi hemm ukoll pumpier li kien qed jagħti ħinu b’mod volontarju biex jgħin fl-evakwazzjonijiet.

Venezia tinsab kompletament mgħarrqa, filwaqt li x-xmara Adige għoliet fil-livell tagħha b’mod straordinarju.

Fil-Provinċja ta’ Belluno huma mal-100,000 persuna li jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku.

F’Ruma, l-iskejjel kollha inżammu magħluqin.