Lokali

ATTENT minn dawn iċ-ċereali għax jista’ jkun li kontaminati minn mikrobu

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed twissi lill-pubbliku biex iċ-ċereali bl-isem ta’ Mix 5 Ċereali precotti ta’ In Forma Carrefour ma jiġux ikkunsmati minħabba li potenzjalmet huma kkontaminati bil-mikrobu Bacillus cereus.

Il-prodotti affettwati, bin-numru tal-lott 290220 li jiskadu fid-29 ta’ Frar tal-2020 u b’użin ta’ nofs kilo jidher li laħqu nxtraw mill-konsumaturi qabel ġew irtirati mis-suq.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.