Lokali

Għaddasa Ġermaniża tmut f’Ta’ Ċenċ, Għawdex

Ritratt mill-Arkivji - Din l-Art Ħelwa

Sfortunatament il-baħar qawwi ħasad ħajjet persuna oħra, din id-darba Ġermaniża ta’ 55 sena, li mietet f’Għawdex.

L-ewwel investigazzjonijiet jindikaw li l-mara kienet qed togħdos fl-inħawi magħrufa bħala tal-Kantra, f’Ta’ Ċenċ, limiti ta’ Sannat, meta sabet ruħha f’diffikultà f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-11:00.

Immedjatament fil-post issejjaħ tim mediku biex jassistiha, għalkemm ma kienx għad hem xi jsir u ġiet ċertifikata mejta fil-post.

Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.

Dan kien it-tieni inċident fatali relatat mal-baħar fi ftit sigħat wara li iktar kmieni, l-anzjan ta’ 85 sena Rokku Bonnici nbela’ mill-mewġ waqt li kien qed jistad mix-xatt f’Wied iż-Żurrieq.

“Rokku kellu qalb tad-deheb” – sajjied anzjan jitlef ħajtu wara li ġibdu l-mewġ