Wara d-diskors tiegħu dwar il-budget, Net News mar biex jieħu l-kummenti tal-Prim ministru, iżda hu ħarab jiġri mingħajr ma ta ċans lill-ġurnalisti jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.
Net News ried jistaqsi lill-Prim Ministru dwar il-ħaddiema barranin li semma ripetutament fid-diskors tiegħu. Fost l-oħrajn, Muscat ta x’jifhem illi ma jara xejn ħażin li l-barranin qed jinġiebu Malta biex jaħdmu fil-qilla tax-xemx – indikazzjoni ċara li qed jibbaża s-suq tax-xogħol fuq iċ-cheap labour.
Hu qal ukoll li xtaq ikollu dibattitu mal-Oppożizzjoni iżda l-istess Joseph Muscat ilu iktar minn sena jaħrab l-istedina għal dibattitu ma’ Adrian Delia.
//= $special ?>

