Ambjent Lokali

Kif għandek tissepara l-iskart minn għada

Minn għada tibda titħaddem l-iskema tal-iskart organiku.

Din se tbiddel il-mod kif aħna nisseparaw l-iskart u kulħadd huwa obbligat li jissepara l-iskart tiegħu.  Biex tissepara l-iskart trid tqassmu fi tlieta – dak domesitku li jmur fil-borża s-sewda, dak riċiklabbli li jmur fil-borża l-griża jew ħadra u dak organiku li jmur fil-borża l-bajda.

X’għandek tarmi fil-borża l-bajda?

Fil-borża l-bajda għandek titfa biss dak li jitqies bħala organiku.  Hawn hi lista tal-affarijiet li jidħlu f’din il-borża:

Għadam, ġobon, kafè, fdalijiet tal-ikel, prodotti tal-ħalib, bajd u qxur tal-bajd, ikel skadut, ħut, fjuri, frott, qxur, għadam u żerriegħa tal-frott u l-ħaxix,  għasel, icing sugar, weraq, laħam, biċċiet tal-pjanti, ikel nej, gazzetti maħmuġin, tissues użati, zokkor, tea bags u weraq tat-tè u ħaxix.

Fil borża l-griża jew ħadra tar-riċikklabbli jintremew fliexken u containers tal-plastik, kartun tal-juices, ħalib u xorb ieħor, laned u bottijiet, għotjien tal-metall jew plastik, karti u kartun, gazzetti u magazines.

Fil-borża s-sewda jmur l-iskart domestiku l-ieħor li jinkudi karti u plastik li jkun mess ma’ l-ikel, wet wipes, ċeramika miksura, tape, jablo, trab u frak, ritratti, nappies, tubi tat-toothpaste,  stickers, biċċiet tal-art u tat-tindif u sponoż, ingantti tar-rubber, sigaretti u ħmieġ tal-annimali.

Kull lokalita’ se jkollha l-ġbir tal-iskart organiku nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa.  Il-ġranet tal-ġbir tal-iskart domestiku u dak riċiklabbbli jvarja minn lokalita’ għall-oħra