Uffiċjal tal-Pulizija li kien se jittajjar minn xufier taħt l-età, xehed fil-Qorti li malli rah ġej fuqu ra kif jagħmel u jwarrab min-nofs it-triq. Hu stqarr li ma marx quddiem il-karozza tax-xufier għax kien ikun qed jagħmel suwiċidju. Il-Maġistrat Joe Mifsud minn naħa tiegħu rrimarka li x’seħħ f’każ ma japplikax għal każi oħra.
Il-Pulizija kien qed jixhed dwar il-każ ta’ ġuvni ta’ 17-il sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, li seraq karozza u pprova jsuq fuq Pulizija f’Ħal Luqa ġimgħatejn ilu.
L-uffiċjal qal li hu kien fuq ronda u lemaħ il-karozza misruqa, iżda meta mar biex iwaqqaf lix-xufier, dan saq fuq il-kollega tiegħu. Il-każ seħħ meta l-ġuvni ta’ 17-il sena residenti Birkirkara seraq karozza mill-Imsida u nqabad biha f’Ħal Luqa.
Kien waqt din ix-xiehda illi l-avukat difensur tal-ġuvni staqsa lill-Pulizija (biex iqabbel dak li ġara mal-każ ta’ Liam Debono) jekk ħariġx fin-nofs quddiem il-karozza biex iwaqqaf lix-xufier. Hu wieġeb fin-negattiv.
Għall-akkużat qed jidhru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.
//= $special ?>