Futbol Sport

Marco Ianni mmultat mill-FA Ingliża

Il-kowċ tal-istaff tekniku ta’ Chelsea Marco Ianni ġie mmultat ftit anqas minn €7,000 mill-FA Ingliża wara ċ-ċelebrazzjoni tiegħu fil-gowl tad-draw ta’ 2-2 li Chelsea skorjaw kontra Manchester United fis-96 minuta.

Ianni ċċelebra quddiem il-bankina ta’ Manchester United, ċelebrazzjoni li wasslet għal reazzjoni mill-manager tar-Red Devils Josè Mourinho. L-Assoċjazzjoni Ingliża qalet li Ianni ammetta li ma ġabx ruħu b’mod xieraq.

Mourinho ma kienx ikkastigat mill-FA Ingliża iżda kien imfakkar fuq ir-responsabbiltajiet tiegħu. Wara l-logħba, il-Portugiż kien qal wara l-logħba li Ianni talab apoloġija lilu dwar l-inċident li sar fi Stamford Bridge fl-20 ta’ Ottubru.