Lokali Parlament

Gvern bla pjan, ħalliena bla pjan – Adrian Delia

"Wara sagħtejn, bqajna bla pjan"

Wara sagħtejn diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li segwew sagħtejn oħra ta’ diskors tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, pajjiżna kien bla pjan u baqa’ bla pjan għall-futur.

Joseph Muscat wera li hu kkakmat mal-istatistika u mal-kejl tal-GDP iżda jinsab maqtugħ mir-realtà li qed jaffaċċjaw il-familji. Joseph Muscat ikkritika lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għax wassal il-vuċi tan-nies.

Joseph Muscat ikkonferma li dan il-budget mhux se jsolvi l-problemi li ħoloq hu stess bl-effetti negattivi ta’ ekonomija li qed tikber bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni. Dan il-mudell ekonomiku qed iħalli effett negattiv fuq il-prezzijiet tal-kirjiet, il-propjetà, it-traffiku, l-infrastruttura u l-ambjent fost l-oħrajn, u r-reputazzjoni ħażina bil-kontijiet sigrieti fil-Panama.

Dan huwa Budget ta’ treats for the boys u tricks for the people. Is-surplus qed igawduh biss il-Gvern u l-persuni li ġew appuntati fil-positions of trust, għaliex lill-familji ħolqilhom deficit fil-budget tagħhom.

Joseph Muscat minn naħa tiegħu ma ta l-ebda kummenti. Anzi, ħarab id-domandi ta’ dan l-istazzjon.

Ara ukoll dan il-filmat: