Lokali

Raġel Brittanniku salvat mill-AFM

Sab ruħu f'diffikulta' f'Wied iż-Żurrieq

Raġel Brittanniku ta’ 40 sena ġie rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ sab ruħu f’diffikulta’ fiz-zona ta’ Wied iż-Żurrieq, hekk kif fl-akwati kien qed jaħkem riħ qawwi ħafna.

Ħelikopter AW139 tal-Forzi Armati intbagħat fiz-zona, bis-suldati jwettqu dan is-salvataġġ. Ir-raġel ittella’ mill-AFM lejn il-bażi tal-Air Wing, sakemm ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-barrani.

Tags