F’kontro-eżami għar-rikors li ressaq Simon Schembri dwar il-programm Xarabank li fih kien se jidher Liam Debono, il-Kuntistabbli ta x-xhieda tiegħu fil-Qorti. Dan fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew mill-Ġimgħa ‘l hawn, meta l-Qorti waqqfet milli tixxandar intervista ma’ Liam Debono.
Schembri sostna li ġie avviċinat mill-Ispettur Herman Mula sabiex jidher fuq dan il-programm. Għall-ewwel, huwa qal li ma xtaqx imur, iżda wara ddeċieda li jmur.
Il-Kuntistabbli Schembri spjega li l-għada kkuntattjah l-Ispettur Mula u qallu kif fil-programm li jmiss kien se jidher Liam Debono. Huwa qal li ħadha bi kbira, għax minkejja li l-preżentatur Peppi Azzopardi qatta’ ħin twil id-dar tiegħu biex jagħmillu l-intervista, ma qallux li fl-istess programm kien se jidher Liam Debono. Għalhekk Simon Schembri m’aċċettax li jidher fuq il-programm.
Peppi Azzopardi kien ukoll ċempel lil Simon Schembri biex jikkonvinċih, iżda Schembri m’aċċettax.
L-avukat Franco Debono saqsa lil Schembri jekk jaħfirx lil Liam Debono, però Schembri għażel li ma jweġibx.
Is-seduta kienet aġġornata għat-Tnejn 10 ta’ Diċembru fil-ħdax ta’ filgħodu.
//= $special ?>