Wegħda oħra li għadha fuq l-ixkaffa – is-sajjieda Xlukkajri minsijin.
Dan hekk kif il-pjan biex jinbena breakwater ġdid ta’ 110 metru f’Marsaxlokk li kellu jibda fl-2017 għadha ma twettqitx. Fil-Budget għall-2019 ma hemm l-ebda referenza għall-bini ta’ dan il-breakwater.
Fid-diskors tal-Budget għall-2017, il-Ministru Edward Scicluna kien qal li “Kif jintemmu l-evalwazzjonijiet ambjentali u l-preparamenti biex jinkiseb il-permess meħtieġ għall-iżvilupp ta’ breakwater ġdid għas-sajjieda f’Marsaxlokk u għat-tiswija u t-titjib ta’ dak preżenti, tinħareġ sejħa għal offerti biex il-proġett jitwettaq. Dan għandu jsir fl-2017.”
Għalkemm fis-snin preċedenti kien ġie mwiegħed breakwater, xitwa oħra reġgħet magħna u għad mhemmx kenn għad-dgħajjes tas-sajjieda. Bosta sajjieda jsostnu li dan qed ikun ta’ detriment għall-għajxien tagħhom għax id-dgħajjes qed jitħabtu ma’ mewġ qawwi. Kif jixhdu dawn il-filmati li gbidna din il-gimgha stess.
Dan apparti l-fatt illi minħabba l-bini tal-faċilità tal-ħażna tal-gass, il-kurrent inbidel u b’hekk il-mewġ qed ikun aktar b’saħħtu.
Il-Gvern suppost kellu jibni breawater ta’ 110 metru għoli mill-Ponta tal-Qrejten ta’ Marsaxlokk. Dan sabiex iżid l-għoli tal-breakwater eżistenti ta’ 150 metru fuq in-naħa Delimara.
Pjani inizjali biex iżidu t-tul tal-breakwater għal 250 metru ntemmew wara li r-riċerka tal-baħar issuġġeriet li jekk isir dan jiżdied l-impatt tal-mewġ f’partijiet oħra tal-bajja.
//= $special ?>