Lokali

X’inbidel bil-liġi l-ġdida kontra l-irbit tal-klieb bil-ktajjen?

Dan ix-xahar f’Malta daħlet fis-seħħ liġi kontra l-moħqrija tal-annimali – liġi li għandha l-għan li telimina kull forma ta’ krudeltà li klieb jistgħu jsofru minħabba li jkunu marbuta, trasportati, jew anke dwar il-post fejn jinżammu. Iżda kemm hawn min hu infurmat sew dwar din il-liġi?

NET News tkellem ma’ Rosalind Agius, mill-AAA (l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati), dwar dawn ir-regolamenti dwar iż-żamma tal-klieb li spjegat kif xorta waħda – meta toħroġ iddur bil-kelb tiegħek għandek iżżommu fuq ċinga.