Lokali

Żewġ persuni arrestati fuq sejba ta’ kokaina, eroina u €7,000

Il-Pulizija qed iżżomm żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Belt Valletta u raġel ta’ 33 sena residenti f’Ħal Qormi wara li nstabu fil-pussess tad-droga u flus kontanti.

Iż-żewġ persuni kienu arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hekk kif kienu fil-pussess ta’ madwar 100 gramma droga maħsuba li hi kokaina u madwar 50 gramma sustanza kannella li aktarx hi eroina. Dan minbarra iktar minn €7,000.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin waqt li nfetħet ukoll Inkjesta Maġisterjali. Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti għada.