Lokali Parlament

Gvern indifferenti lejn in-negozji żgħar u medji

Dan hu gvern li qed kun indifferenti lejn dan is-settur tan-negozji żgħar u medji, sostna Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem fil-parlament.

Edwin Vassallo semma’ d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw is-sidien tan-negozji żgħar u medji u semma’ n-nuqqas ta’ fiduċja li qed ikun hawn f’diversi setturi fosthom il-kostruzzjoni. Hu tkellem dwar l-economic update fejn jirriżulta li s-setturi tal-kostruzzjoni u bejjiegħa kien hemm nuqqas fl-attività u l-fiduċja tan-negozju tagħhom. Hu qal li ma jeżistux listi tan-negozju u issa l-gvern m’għandux l-abbiltà li jirreġistra lil min hu dieħel u ħiereġ fin-negozju. In-nies qatgħu qalbhom li jitkellmu fuq il-verità għax tiġi redikolat. Ħadd ma jinteressah mill-futur.

Id-deputat Nazzonalista kompla li n-negozji ż-żgħar qed jiffaċċjaw kompetizzjoni nġusta u tratta l-problema tat-traffiku għaliex din hi problema inġusta u qed toħloq spejjeż żejda lin-negozji. Hu staqsa kif art f’Għawdex indikata għan-negozji ż-żgħar iżda qed isir negozju minn fuqha u minn fuq min għandu bżonn spazju għall-attività tiegħu.

Edwin Vassallo qal li l-banek qed jikkunsidraw liċ-ċittadini żgħar bħala ħallelin u appella biex ikun hemm riforma fit-tasssazzjoni tan-negozji.