Futbol Sport

Ħames plejers u kowċ mill-Kampjonat Premier sospiżi logħba

(Ritratt: Matthew Tabone)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda ħames plejers u kowċ wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-plejers sospiżi huma Nenad Sljivic ta’ Balzan, Enzo Ruiz ta’ Floriana, Antonio Monticelli ta’ Ħamrun u Augusto Caseres u Brandon Muscat ta’ Senglea Athletic.

Id-difensur Ruiz se jitlef id-derby bejn Valletta u Floriana, il-midfielder Monticelli se jitlef il-logħba li Ħamrun għandhom kontra Qormi u Sljivic se jitlef il-konfront bejn Balzan u St. Andrews. Caseres u Muscat se jitilfu l-logħba ta’ Senglea Athletic kontra Tarxien.

Sospiż ukoll se jkun il-kowċ ta’ Sliema Wanderers John Buttigieg li mhux se jkun fuq il-bankina biex imexxi lit-tim Slimiż kontra Birkirkara.

Intant, Jack Vella ta’ Mellieħa, Shaun Bugeja ta’ Swieqi u Jason Pace ta’ Victoria Hotspurs kienu sospiżi logħba wara l-logħbiet tal-FA Trophy.