Fl-isfond tal-ħidma għall-iżvilupp ekonomiku u l-eliminazzjoni tad-defiċit, il-Caritas qed taspira li jkollna pajjiż fejn ħadd ma jbati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, fejn ħadd ma jħossu waħdu, fejn il-familja u s-sens ta’ komunità jibqgħu l-ogħla valuri li nħaddnu u naħdmu għalihom. Hekk inqtal fi stqarrija li fiha Caritas tat l-ewwel reazzjoni taghha ghall-Budget.
Il-Caritas tislet 5 punti partikolari li huma ta’ thassib.
Fil-qasam tal-Edukazzjoni kien hemm stennija għal sforz iktar biex jinżammu t-tfal fl-iskola speċjalment d-drop outs mis-sekondarja. Hemm il-bżonn ta’ inċentivi għal familji li t-tfal tagħhom jieqfu jattendu l-iskola.
Filwaqt li kien hemm attentat biex jiżdiedu l-penzjonijiet għall-anzjani, tibqa’ l-mistoqsija jekk dawn iż-żidied humiex adegwati. Apparti minn hekk, Caritas Malta tibqa’ ssostni l-bżonn ta’ minimum wage li tagħti biżżejjed dħul għal ħajja diċenti u adekwata.
Fl-istqarrija, jintqal illi hemm bzonn sforz akbar fil-glieda kontra d-droga, filwaqt illi Caritas tibqa’ tittama li l-aċċess b’mod legali għall-kannabis jibqa’ biss għal skopijiet mediċinali.
L-istqarrija ittemm billi taghmel referenza ghall-fatt li f’pajjizna qed jikber id-distakk bejn il-fqir u s-sinjur.
//= $special ?>