– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna li dan il-gvern jibqa’ jikkonferma kemm ma jemminx fil-kunsilli lokali tant li jibqa’ jnaqqsilohm ir-responsabbiltajiet tagħhom.
Fil-parlament Robert Cutajar qal li llum qed jidħol fis-seħħ avviż legali li ħoloq rebus fil-pajjiż fejn il-kunsilli lokali kellhom ikunu l-protagonisti u konsultati biex il-poplu jingħata l-informazzjoni ġusta dwar is-sitema ta’ ġbir ta’ skart. L-Oppożizzjoni talbet lill-Gvern biex jikkonsulta iżda b’arroganza l-Gvern baqa’ għaddej biex spiċċa ta raġun lill-Oppożizzjoni u ħareġ avviż legali ieħor bi skeda mibdula iżda vvota kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.
Dan hu ċertifikat li l-Oppożizzjoni ma kinitx negattiva. Anki din l-iskeda ġdida fiha taħwid dwar meta u kif se jinħarġu l-boroż organiċi meta l-familji jkunu xogħol. Hemm problemi f’Ħad Dingli u fil-Ħamrun, minkejja li l-kunsill lokali tal-Ħamrun ipprova jitkellem u jaħdem iżda l-gvern ma kinx ppreparat u weħlu l-kunsilli lokali.
Is-sindku tal-Fgura Pierre Dalli kiteb li hu ta’ diżappuntat għall-mod kif residenti tal-Fgura ġew trattati minn Wasteserv. Hu qal li l-ewwel sar rebus u issa jridu lir-residenti jmorru Wied il-Għajn jew Ta’ Qali biex jiġbru l-kontenitur. Is-sindku qal ukoll lill-Gvern li l-Fgura qisha lanqas tinsab fuq il-mappa. Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ qalet li fil-lokal hemm l-istess sitwazzjoni fejn qalet li dan hu fjask waqt li l-Viċi-Sindku tal-Floriana wkoll qal li r-residenti intbagħtu l-kunsill lokali tal-Belt.
Robert Cutajar kompla li hu kien imwissi li se jkun ċensurat meta mar jagħmel diskors fil-laqgħa tal-Assoċjazzoni tal-Kunsilli Lokali fejn il-President qallu li mhux se jkunu tollerati diskorsi politiċi.
Robert Cutajar kompla li mill-estimi jirriżulta li se jkun żieda ta’ €7 miljuni bħala budget għall-kunsilli lokali għall-2019. Il-Prim Ministru iżda ma sabx ħin biex jitkellem dwar il-kunsilli lokali fid-diskors tiegħu tal-budget. Hu qal li l-PN jaqbel mal-Kumitati reġjonali u sostna li r-responsabbiltajiet miżjuda lil dawn il-kumitati m’għandhomx jintaqqsu mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.
Il-Gvern se jdaħħal lil Infrasrtttura Malta li ħadet ir-responsabbiltajiet tat-toroq fil-pajjiż mingħand il-kunsilli lokali. Għalhkek il-budget ta’ €3.1 mhux reali għal sitt reġjuni għaliex kumitat reġjonali jrid iktar minn €1 miljun biex jaħdmu. B’€500,000 kull reġjun mhux se jkun possibbli li dawn joperaw.
Dwar il-LESA hu qal li qed jinħarġu flus bil-gelgul iżda r-rispett lejn il-ħaddiema jrid jintwera fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għaliex il-wardens qed jaħdmu bla motivazzjoni. Il-Gvern Laburista qatt ma emmen fil-kunsilli lokali. Hu kkritika l-abbandun tal-bus shelters fi Triq il-Kosta li jinsabu fi stat diżastru b’terrapien u ġebel.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li lill-Kunsill loklai ta’ San Pawl il-Baħar l-Gvern ħadilhom €170,000 u spjega kif is-€7 miljuni li l-gvern qed jgħid li se jagħti lill-kunsilli lokali m’humiex reali. Hu semma’ l-white paper u qal li sitt xhur ilu l-PN ippreżenta dokument bi 80 proposta lill-gvern iżda l-Gvern ikkunsidra biss tliet proposti. Dan meta l-Gvern ressaq biss 40 proposta.
Dwar is-settur soċjai, id-deputat Nazzjonlaista ppropona li jsir studju dwar l-impatt soċjali ta’ kull lokalità biex ikun stabbilit is-sitwazzjoni tal-lokalitajiet. Il-Gvern irid jagħmel lill-kunsilli lokali estenzjoni tal-ministri tiegħu. Fid-dokument lanqas hi ċara l-pożizzjoni jekk is-sindku jkunx full-time jew le. Il-prijorità għandha tkun id-dinjità u r-responsabbitajiet tas-sindki biex ma jitnaqqrux ir-responsabbiltajiet. Il-pubbliku hu nkwetat dwar is-sigurtà f’ċertu żoni fejn anki l-għases tal-pulizija magħluqin.
Robert Cutajar qal li l-lokalitajet għaddejjin minn rebus għaliex il-gvern ma semax mill-Oppożizzjoni u sostna li t-toroq u l-ġbir tal-iskart għandhom jibqgħu responsabbiltà tal-kunsilli lokali.
//= $special ?>