Ambjent Lokali

Ilqugħ fil-baħar f’Birżebbuġa

B’mod temporanju, il-Freeport qed juża lqugħ protettiv barra Pretty Bay f’Birżebbuġa. Dan bħala prekawzjoni wara li deher ammont sinifkanti ta’ żejt fil-baċin ta’ Terminal 1.

Dan il-każ li seħħ iktar minni llum qed jiġi investigat minn Transport Malta u sadattant il-Freeport ħa d-deċiżjoni li jagħmel l-ilqugħ fil-baħar li jitneħħa biss wara li ż-żejt ikun tneħħa.

Dan l-ilqugħ hu investiment ta’ €30,000 mill-Freeport stess.