Lokali

Imut l-eks Ambaxxatur George Cassar

Tħabbret il-mewt tal-eks Ambaxxatur George Cassar, fl-eta’ 70 sena. F’karriera twila legali u diplomatika, l-Ambaxxatur Cassar serva f’diversi pajjiżi, fost oħrajn kien l-Ambaxxatur Malti għall-Libja bejn l-2009 u l-2011. Hu kien ħalla l-pajjiż waqt l-evakwazzjoni tal-barranin meta faqqa’ l-ġlied fil-Libja u li eventwalment wassal għat-tneħħija tal-Mexxej Libjan Muammar Gaddafi.

Wara l-Libja, bejn l-2012 u l-2015, l-Ambaxxatur Cassar serva bħala r-rappreżentant ta’ Malta għall-Unjoni Afrikana u għall-Lega Għarbija.

Matul l-istess żmien, kien ukoll l-ambaxxatur mhux residenti għall-Eġittu, l-Etjopja u s-Sudan. L-Ambaxxatur Cassar iggradwa bħala Avukat mill-Universita’ ta’ Malta fl-1973.

Qabel il-karriera diplomatika, l-Ambaxxatur George Cassar serva wkoll bħala l-Avukat tal-Korporazzjoni Maltija għall-iŻvilupp bejn l-1978 u l-1988, Chairman tal-Libyan Arab Maltese Holding Company, u direttur f’diversi kumpaniji fosthom Medavia, u l-lukandi Golden Tulip Vivaldi u Milano Due.

Għal xi żmien, hu kien ikkontesta wkoll l-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista