Illum beda l-ġbir tal-iskart organiku – sistema li ddaħħlet mill-Gvern b’hafna għaġġla u nuqqas ta’ kinsultazzjoni u ppjanar. Għal dan qed ihallsu l-Kunsilli Lokali, li minkejja li ma ngħatawx widen u ma ġewx ikkonsultati dwar l-iskema, qed ikollhom isolvu l-problemi li ħoloq il-Gvern.
Net News jinsab infurmat li f’diversi lokalitajiet inħarġu kemm il-boroz is-suwed kif ukoll dik il-bajda. Anzjani qalulna li ma kienu jafu b’xejn, filwaqt li oħrajn spiċċaw bil-boroz ta’ ħaddieħor quddiem il-bieb tagħhom.
Nies f’diversi lokalitajiet qed jgħidulna wkoll li zoni fejn hemm skips “qed jispiċċaw miżbla” bin-nies jarmu bl-addoċċ il-borża s-sewda.
Minn naħa l-oħra, jidher li l-kaos tal-Wasteserv laħaq livelli straordinarji tant illi l-customer care mhux ilaħħaq mad-domandi tan-nies.
Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.