It-tifel ta’ Vichai Srivaddhanaprabha saħaq li se jżomm il-legat ta’ missieru ma’ Leicester. Is-sid ta’ Leicester miet is-Sibt flimkien ma’ erba’ persuni oħra meta l-ħelikopter ġġarraf wara li kien telaq mill-King Power Stadium.
Aiyawatt Srivaddhanaprabha li hu l-Viċi Chairman wieħed li jkompli l-viżjoni u l-ħolm ta’ missieru. “Irrid nirringrazzja lil kulħadd minn qiegħ qalbi għal dan is-sapport kbir. Grazzi wkoll lill-pulizija ta’ Leicestershire u s-Servizzi tal-Emerġenza. Ir-rispons malajr tagħhom is-Sibt żamm ħafna nies fis-sigurtà.”
Hu kompla li dak li ġara ġiegħlu jirrealizza kemm missieru kien importanti għal ħafna nies madwar id-dinja u jinsab milqut minn kemm nies żammewh ma’ qalbhom. Aiyawatt Srivaddhanaprabha saħaq kemm hu kburi li għandu missier straordinarju u qal li rċieva mingħandu missjoni li jkompli l-legat tiegħu u qal li se jagħmel hekk.
“Għal ħafna żmien, missieri għallimni biex inkun b’saħħti u nieħu ħsieb il-familja tiegħi. Hu ħabb il-familja u għamel Leicester il-familja tiegħu. Xejn ma jagħmlu kburi li jara l-familja ta’ Leicester li hu bena, tagħti s-sapport lil xulxin f’dan iż-żmien tad-dwejjaq.”
Hu ddeskriva lil Vichai Srivaddhanaprabha bħala persuna li kellu mod kif jgħallmu fuq il-ħajja u x-xogħol mingħajr ma tidher bħala lezzjoni. Aiyawatt Srivaddhanaprabha żied li missieru ħalla lilu b’legat li jrid ikompli u se jagħmel minn kollox biex ikompli l-viżjoni kbira u l-ħolm li kellu.
Hu għalaq il-messaġġ li deher fuq is-sit uffiċjali ta’ Leicester billi rringrazzja lil kull persuna tal-messaġġ f’dan il-mument diffiċli għalihom u temm bil-kliem “Jien inħoss in-nuqqas tiegħek missier, b’qalbi kollha.”
Leicester jilagħbu l-ewwel logħba mit-traġedja meta jmorru biex jilagħbu kontra Cardiff is-Sibt li ġej. L-iskwadra għażlet li tmur lejn Cardiff permezz tas-sewqan minflok bl-ajru u rritornat għat-taħriġ illum.
//= $special ?>