Muscat ilbieraħ għamel ħin twil li kommess jagħti t-treats lill-Maltin. Iżda dalgħodu, l-uniku treat li ħadu n-nies (apparti l-għexieren ta’ boroż ta’ skart mitluqa fit-toroq) kien l-ammont eżaġerat ta’ traffiku.
Fil-fatt, dalgħodu diversi zoni ta’ Malta spiċċaw iġġamjati għal ħin twil.
Ftit tal-jiem ilu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ikkonferma li f’sena n-numru ta’ karozzi f’pajjizna zdied bi 3.6 fil-mija. Sal-aħħar ta’ Settembru, f’Malta u Għawdex kellna aktar minn 382,600 vettura licenzjata.
Minn dan l-ammont kollu, 7 fil-mija biss huma muturi, u l-maggoranza huma karozzi privati. Hemm 13 fil-mija li huma registrati bhala vetturi kummercjali filwaqt li farka mit-total ta’ vetturi – 0.5 fil-mija – huma vetturi elettrici jew hybrid.
L-istatistika turi li qed jizdiedu mas-36 karozza kuljum fuq it-toroq taghna.
//= $special ?>