Ekonomija Lokali Parlament

Jiddiskutu l-estimi tal-Finanzi, u l-Ministru assenti

Bħalissa l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jinsab assenti mill-Kamra tar-Rappreżentanti minkejja li għaddejja d-diskussjoni dwar il-Ministeru tiegħu.

Jidher li ma ingħatat ebda raġuni għaliex il-Ministru Scicluna mhux preżenti fil-Kamra.

Mil-lum il-Parlament beda jiddiskuti l-Budget settur settur, skont kif inhuma mqassma l-Ministeri partikolari.