Lokali

Kostumi u maskri tal-erwieħ għall-Halloween

Kostumi u maskri tal-erwieħ mejta li joqogħdu jduru bieb bieb jitolbu għal xi rigal. Dan hija l-festa tal-Halloween festa li oriġinat fil-medju evu mit-twemmin pagan tal-Iskozja, Wales u l-Irlanda, biex timmarka tmiem l-istaġun tal-ħsad u l-bidu tax-xitwa.

NetNews mar is-Swieqi fiz-zona tal-Luxol fejn żorna u rajna dar tal-biżgħa li ġiet armata apposta għal dan il-jum. Hemmhekk ħadna l-kummenti tal-Organizzatur, fejn għalkemm il-ġurnata kienet ikkarterizzata mix-xita din ma qatatlux qalbu… Huwa qal li l-attività wkoll se tiġbor għall-Cystic Fibrosis Trust.

Qabel it-tfal bdew deħlin f’din id-dar… ħadna l-kummenti tagħhom dwar x’jaħsbu li se jsibu ġewwa.. u x’qed jistennew..

Għalkemm din hija festa li tnissel xi ftit tal-biżgħa.. il-Halloween fih għandu d-drawwa tat-trick-or-treat li hija ferm popolari mat-tfal. Attività li fiha t-tfal imorru jħabbtu l-bibien tad-djar biex jitolbu għall-ħelu jew flus bħala ‘treat’ jew rigal u ‘trick’ jew kastig għal min ikun imqareb.