Lokali Qorti

L-Avukat Ġenerali indispost għal raġunijiet mediċi

Il-Gvern ħabbar illi l-Avukat Ġenerali Peter Grech huwa indispost għal raġunijiet ta’ kura medika.

Sakemm jerġa’ jassumi t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, il-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali se jitwettqu mill-Assistent Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg. Hi se tkun Aġent Avukat Ġenerali skont ma’ tipprovdi l-Kostituzzjoni u r-regolamenti tas-servizz pubbliku.