L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech iwissi lill-insara għal prattiċi tal-okkult f’dan il-perjodu, fix-xahar tal-erwieħ.
F’ittra pastorali huwa fakkar lill-insara Maltin u Għawdxin biex f’dan il-perjodu jaħsbu u jitolbu għall-mejtin, anki dawk qraba tagħhom. Huwa tkellem ukoll dwar esperjenza li kellu fl-aħħar jiem fejn persuna qalgħet grazzja bl-interċessjoni tal-erwieħ.
Huwa qal li talbet bil-qalb lil xi familjari u ħbieb mejtin biex iressqu l-karba tagħha quddiem Ġesù, hija kellha konferma li hu wieġeb għat-talba tal-erwieħ. L-ET. sostna li l-argument ta’ din il-persuna huwa sempliċi ħafna: meta dawk li jħobbuna jagħlqu għajnejhom għal din id-dinja, wara li jkunu għaddew mit-tisfija huma jaraw lil Alla wiċċ imb’wiċċ; misjuqin minn din l-istess imħabba u għożża, dawn l-erwieħ li qiegħdin fil-preżenza ta’ Alla, jidħlu għalina quddiemu.
Fl-istess ittra huwa wkoll ġab bosta eżempju ta’ ħajjiet ta’ bosta qaddisin li interċettaw it-talb quddiem Alla.
//= $special ?>