– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-PN ma nistriħux biss fuq iċ-ċifri u l-istatistika aħna rridu naraw il-ġid u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin titjieb b’mod reali għal kulħadd. Din hija d-differenza netta li tiddistingwina minn sħabna tal-Gvern u dwar dan aħna kburin għaliex aħna dejjem poġġejna lill-bniedem fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħna.
Fil-parlament Kristy Debono qalet li dan il-budget falla milli jindirizza jew jagħraf il-prioritajiet għal pajjiżna. Dawn it-tip ta’ miżuri, tokens, li nemmen li kienu konsistenti fil-budgets tal-Gvern Laburista, jinstillaw dik il-begging mentality, fejn il-poplu Malti u Għawdxi, jħossu dipendenti fuq il-Gvern, jistenna ħerqan għat-tokens li jqassam il-Gvern, però ma jkunx għamel la qabża fil-kwalità tal-ħajja tiegħu u wisq anqas ma jkun għamel dik il-quantum leap mil-faxxa l-baxxa għal faxxa medja tas-soċjeta. Dik il-mentalità fejn il-Gvern itik il-ħuta iżda mhux il-qasba.
Hi sostniet li għaldaqstant il-Gvern, kellu opportunità li jutilizza ir-riżorsi tiegħu, d-dħul mit-taxxi b’mod aktar effettiv, li verament jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha.allura l-mistoqsija waħeda tiġi jekk qed ikollna ammonti sostanzjali ta’ barranin li jaħdmu fis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-turiżmu, tal-indafa, tal-caring sector kif indikalna l-Prim Ministru x’pagi qed naraw għal dawn is-setturi?
Għolew il-prezzijiet tal-ħobż, tal-fuels – id-diesel u l-petrol, il-butir, il-ġobnijiet u sensiela ta’ prodotti bażiċi li tixtri kull familja u allura nammettu li ż-żieda ta’ €2.33 fil-ġimgħa m’hix realistika u ma tirriflettix il-konsum u x-xejriet tax-xiri tal-familji Maltin u Għawdxin u allura jeħtieġ li l-pajjiż li qed jaspira, għal pajjiż kożmopolitan, jaġġusta l-baskett tal-konsum għal dak ta’ poplu kożmopolitan, u mhux baskett ta’ snin ilu li ma jirriflettix ix-xejriet tan-nefqiet tal-familji l-lum il-ġurnata. Nafu li ammont ta’ prezzijiet qed ikunu mbuttati ‘l fuq minħabba żieda qawwija fid-domanda li ġejja wkoll minn popolazzjoni dejjem tikber u li allura tikkonsma aktar.
Il-Prim Ministru qed jiltaqa’ ma’ nies li jgħidulu li l-paga fis-settur tagħhom m’hix tiela’ għax meta jitolbu għal żidiet jew ċertu kundizzjonijiet jgħidulhom li għal kull għadma hawn mitt kelb? Hawn neħtieġu pjan ta’ sistemi ta’ trasport alternattiv u studji biex naraw x’sistemi alternattivi fattibbli jistgħu ikunu ta’ sostitut għall-karrozzi dejjem jiżdiedu f’pajjiżna.
Jekk tassew irridu l-bidla fil-kultura li tkellem fuqha l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, irridu naraw bidla fil-kultura tat-trasport ta’ pajjiżna għaliex inkella neħlu konna, neħlu fit-traffiku għadna u neħlu fit-traffiku se nibqgħu.
Kulħadd jeħtieġ li jaqsam u jemmen fil-viżjoni ekonomika ta’ pajjiżna, biex kulħadd jagħmilha tiegħu, jemmen fiha, jaħdem u għaliha u jara li tkun suċċess għax ikun konvint li mill-ġid li jitkattar huwa u hija se jkunu qed igawdu b’mod ġust.
Id-deputat Nazzjonalista aħna jimpurtana realment mill-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd u rridu naraw lil kulħadd tassew igawdi mill-ġid u l-frott li jkun qed jitkattar. Aħna ma nistriħux biss fuq iċ-ċifri u l-istatistika aħna rridu naraw il-ġid u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin titjieb b’mod reali għal kulħadd. Din hija d-differenza netta li tiddistingwina mill-Gvern u dwar dan aħna kburin għaliex aħna dejjem poġġejna lill-bniedem fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħna.
//= $special ?>