Il-Partit Nazzjonalista jinteressah minn kull negozju li hawn f’pajjiżna, u dawn il-familji mhumiex biss numri jew statistika. Dikjarazzjoni ċara li għamel il-Kap tal-PN Adrian Delia fil-Parlament hekk kif bdew jigu diskussi l-estimi tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Il-Kap tal-PN tul id-diskors tieghu tkellem fost l-oħrajna dwar il-qasam tal-gustizzja. Hu saħaq li l-Gvern qed jikser il-Kostituzzjoni hu stess. Hawnhekk għamel referenza għall-kriżi li pajjiżna qed jaffaċċja minħabba n-nuqqas ta’ ġudikanti
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll fuq il-ġudikanti hekk kif 11-il ġudikant f’erba’ snin se jirtiraw minħabba l-età. Din hija problema li qed taffaċċja Malta, pajjiża li bħala rata qiegħdin ir-raba’ mill-aħħar, f’dawk li huma fin-numri tal-ġudikanti. Huwa sostna li meta diġà għandna problemi fil-ġudikanti, fil-budget ma rajna u smajna xejn dwar x’inhu l-pjan tal-gvern biex isaħħaħ dan il-qasam tant importanti.
Fuq il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Adrian Delia qal li qed jidher li l-ġustizzja fuq dan il-każ mhux isir, bid-drittijiet fundamentali tal-familja Garuana Galizia jiġu miksura kontinwament.
“Malta qed taffaċċja inċest kostituzzjonali”
Tkellem ukoll fuq il-u-turn tal-Prim Ministru Joseph Muscat, hekk kif issa ma jridx li l-Oppożizzjoni jkollha kopja sħiħa tal-inkjesta li għamel il-Magistrat Aaron Bugeja – kaz li qed juri l-iżbilanċ politiku li hawn f’pajjiżna.
“L-ilsien Malti għandu jġib l-għaqda bħala ġens, u għalhekk għandu jingħata l-importanza”
Adrian Delia tkellem ukoll dwar l-ilsien Malti u l-importanza li nsaħħu l-lingwa, il-lingwa li suppost iġġib għaqda fost il-poplu.. minflok iżda il-Gvern ta’ Joseph Muscat għażel li jnaqqas l-importanza ta’ din l-istess lingwa Nazzjonali.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-Kunsilli Lokali, fejn il-Gvern qed iżarma s-saħħa tal-Kunsilli, u ġabhom bla vuċi.
//= $special ?>