Lokali Parlament

Parti mit-tkabbir tal-ekonomija ġej minn żieda fil-popolazzjoni

– Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-gvern jisma’ biss dak li jdoqq għal widnejh u qed juża’ tattika li jipprova jirredikola lill-Oppożizzjoni. Hu qal li l-ekonomija qed tikber s’fetturi li nħolqu mill-gvern Nazzjonalista. Parti mit-tkabbir ġej miż-żieda fil-popolazzjoni għaliex il-gvern ma kinx ippjana għal din iż-żieda.

Fil-prlament in qed tinħass fil-bini tal-propjetà, fit-traffiku u fin-nuqqas ta’ ċertu prodotti. Dan mhux argument kontra l-barranin iżda kontra gvern li ma ħasibx fil-politika tiegħu. Dan mhux agrument razzist. Hu appella għall-politka tal-persważjoni.

Mario de Marco qal li dan hu gvern bla pjan fejn il-mutur ewlieni tal-ekonomija ġej mit-tkabbir tal-popolazzjoni ta’ Malta ba ma jsir investiment neċessarju fl-infrastruttura tal-pajjiż. Is-soċjetà kollha għandha timxi ‘l quddiem; solidarjetà dejjem u kullimkien. Il-pagi f’Malta mhux se jirriflettu l-ekonomija tal-pajjiż; il-pagi qed jistaġnaw waqt ċertu prodotti jgħolew.

Mario de Marco tkellem dwar is-surplus u qal li kieku ma kinitx il-kriżi ekonomija Malta kienet se tilħaq dan il-tragward. Gvern Nazzjonalista kien poġġa l-interessi tal-ħaddiema qabel iċ-ċifri u n-numri. Dan il-gvern nesa’ n-numri. Illum is-sitwazzjoni ekonomika hi waħda tajba. Qed jitilgħu l-ħitan tal-kummerċ dinji, sostna de Marco li staqsa kemm il-pajjiż hu ppreparat jekk tiġi riċessjoni fil-futur.

L-ispiża rikorrenti tal-gvern żdiedet b’€1 biljun spjega Mario de Marco. Fis-sena 2103 dan ammonta għal €2.6 biljun waqt li fis-sena 2018 dan ammonta għal €2.8 biljun; aktar minn €1 biljun. Dan juri li l-gvern qed iżid l-ispiża rikorrenti bid-doppju ta’ gvern Nazzjonalista. Wieħed mill-elementi li qed jikkontribiwwxi l-aktar huma l-impjiegi bla bżonn mas-settur pubbliku. Hu qal li din iż-żieda fil-pagi saret għax il-gvern daħħal ħafna nies f’positions of trust.

Mhux minnu li din iż-żieda qed tmur għall-għalliema, il-pulizja jew it-tobba iżda għax l-awtoritajiet tal-gvern qed idaħħlu nies bla rażan. Il-Gvern qed imur żmerċ fuq il-pagi tiegħu b’€50 miljun. Anki Alfred Sant qal li l-miżuri tal-gvern qed jolqtu lil dawk li sejrin tajjeb u d-distakk bejn dawk li għandhom u dawk li m’għandhomx qed jiżdied. Dan hu tberbieq ta’ flus mit-taxxi tal-ħaddiema. Hu staqsa minn se jiħu l-flus biex jitħallsu dawn it-taxxi jekk ikun hemm riċessjoni.

Mario d Marco qal li fl-2012 kien hemm 40,000 mal-gvern waqt li dawn issa żdiedu għal 47,000 ħaddiem fis-settur pubbliku. Hu qal li mhux isir investiment kapitali biżżejjed. Il-gvern qed jonfoq €700 miljun it-toroq iżda mhux se jissolvew il-problemi tat-toroq. Triq il-Kosta tgħereq kull meta jsir il-maltemp.

Mario de Marco tkellem dwar il-fondi tal-bejgħ taċ-ċittadinanza. Il-gvern ma żammx kelmtu fuq diversi proġetti fosthom f’Għawdex, skejjel ġodda, id-djar soċjali, riklamazzjoni tal-art u l-green airstrip f’Għawdex. Il-gvern ipprefera jagħmel surplus milli jibni l-iskejjel, it-trakka għall-karozzi waqt li tikber il-problema tal-iskart.

Dwar id-dejn, Mario de Marco qal li f’termini assoluti dan żdied fejn fl-2102 kien taħt €5 biljuni, iżda illum telgħa għal €5.6 biljun; żieda ta’ €800 miljun ewro. Il-Gvern qed juża’ s-surplas biex jitħallas id-dejn ta’ €800 miljun. L-2018 kienet sena ta’ tħassib għas-settur finanzjarju minħabab diversi banek li jissemmew negattivament.

Standard and Poor’s iddikjarat żieda fir-riskji tal-operat finanzjarju u għamlet downgrade tal-Bank of Valletta. Dan fiwlaqt li l-FIAU kisret id-diretta tal-prevenzjoni tal-ħasil ta’ flus. Dan il-gvern biegħ isem Malta u qed ikisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Jeħtieġ li l-pajjiż ilaħħaq ir-regolatur meta jiġi biex jidħol f’setturi ġodda bħall-cripto currency.
Mario de Marco qal li l-Oppożizzjoni qed tikkontribiwxxi billi toħroġ pre-budget document qabel il-budget. Il-poplu jrid jara xi prezz qed iħallas għat-tkabbir tal-ekonomija, sostna Mario de Marco.