Raġel ta’ 43 sena minn Ħad-Dingli qed jissielet għal ħajtu warr li ntlaqat minn tir ta’ arma tan-nar fil-limiti ta’ Ħad-Dingli.
Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tas-6.30a.m. tal-Erbgħa filgħodu, Mark Farrugia, mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta wara li allegatament sofra xi ġrieħi waqt argument. Minn stħarriġ tal-Pulizija, irriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn żewġt irġiel waqt li kienu fl-inħawi bħala ta’ San Ġakbu fil-limiti ta’ Ħad-Dingli.
Il-Pulizija żammet lil Joseph Scicluna ta’ 53 sena ukoll minn Ħad-Dingli, għal iktar stħarriġ. Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
//= $special ?>