Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil żvela rapport ieħor tal-FIAU f’rapporti ġodda u konklużjoni fuq il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri.
Fil-parlament Simon Busuttil qal li l-Ministru tal-Finanzi ma kinx prżenti fil-parlament għal dan id-dibattitu u kompla li l-FIAU ħarġet numru ta’ rapporti li jikkonkludu suspetti ta’ ħasil ta’ flus min-nies li qed imexxu dan il-pajjiż fosthom il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri. Il-Ministru Edward Scicluna m’għamel xejn fuq dawn ir-rapporti. Hu qal li l-Ministru Scicluna m’għamel xejn għax l-FIAU m’għamlet xejn. Edward Scicluna għandu l-obbligu li jassigura li jittieħdu l-passi.
Simon Busuttil qal li hemm rapport li qatt kien żvelat u li sar sentejn ilu. Dan ir-rapport jikkonludi li fuq Keith Schembri hemm suspett raġonevoli kien involut f’attivita ta’ ħasil ta’ flus u li rċieva €100,00 minn kumpanija offshore fil-BVI meta hu Cheif of Staff tal-Prim Ministru.
F’dan ir-rappot tal-FIAU hemm żewġ transazzjonijiet’ €50,000 kull wieħed u kien kkonkluż u deterimat li hemm informazzjoni biżżejjed għal suspetti raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus jirriżultaw. Ħadd m’għamel xejn dwar dan il-każ. L-inkjesta ilha sna u nofs għaddejja.
Rapport ieħor jistabilixxi li Keith Schembri għadda €650,000 lil Adrian Hillman. Ir-rapport tal-FIAU ukoll jkkonferma ħasil ta’ flus. Il-Ministru tal-Finanzi u l-Avukat Ġenrali m’għamel xejn. Hu semma’ l-Pilatus Bank u l-mod kif il-Ministru Scicluna m’għamel xejn u kellha titnervjeni l-UE biex forsi jittieħdu passi.
Simon Busuttil kompla li r-rapport li qatt ġie ppreżentat fil-parlament li jikkonkludi li l-Ministru Konrad Mizzi hemm suspett raġonevoli kien involut f’ħasil ta’ flus. Ir-rapport jgħid li hemm informazzjoni suspetti ta’ ħasil ta’ flus jew fi trasferiment ta’ flus maħmuġin fil-konfront ta’ Konrad Mizzi. Kull rapport suppost mar għand il-pulizija iżda ma sar xejn.
Simon Busuttil kompla li mir-riżultat li Konrad Mizzi għandu jiġi investigat fuq ħasil ta’ flus, li l-kumpanija li minnha Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu qed jistennew €150,000 fix-xahar daħlet flus mill-kumpanija li għandha t-tanker tal-gass, li 17 Black daħlet iktar minn €1.5 miljun mill-Ażerbajġan, li Konrad Mizzi kien is-sid tal-kumpanija fil-Panama Harnville minn meta infetħet fl-2013 u mhux mill-2015 kif qal hu, li Konrad Mizzi iffirma l-kuntratt tal-LNG f’ismu personali, l-attentat ta’ Konrad Mizzi u Konrad Mizzi biex jiftħu kont bankarju barra min Malta saru fl-istess żmien meta ken hemm id-deals tal-Enemalta, li baqgħu jipprovaw jiftħu kont bankarju sa ftit jiem biss qabel kixfithom Daphne Caruana Galiza fi Frar 2016, li Mizzi u Schembri asosluatment ma ridux li l-banek Maltin isiru jafu li jridu jiftħu kont bankarju barra min Malta, li Konrad Mizzi mar id-Dubaj personalment biex jitfaħ kont personalment, li Konrad Mizzi u Keith Schmebri huma sħab fin-negozju, li Konrad Mizzi mar iċ-Ċina fuq xogħol għall 17-il dabra f’inqa minn sentejn, li Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu lesti jħallsu 5,000 dollaru f’fees bankarji biex jiftħu kont bankarju barra minn Malta, li l-ispiża biex iżommu kumpanija fil-Panama ma tistax tkun ġustifikata b’salarju ta’ ministru jew Chief of Staff, li mid-dikjarazzjoni tas-assi ta’ Konrad Mizzi fil-parlamet hu beda jiddikjara iktar dħul biex jibda jaħseb għall-futur, li Mizzi gideb ripetutament lill-MPs tal-parlment Ewropew, li Nexia BT ma kellhomm l-ebda struzzjonijiet bil-miktub għall-kumpanija li fetħu biex ma jitħallewx traċċi, li ċ-Ċiniż li sar in-negozju Brian Tonna fetħalu kumpanija, li l-FIAU għndha suspetti għad-deal fil-Montenegro, li Karl Cini ta’ Nexia BT ħeba mill-FIAU min kienu s-sidien veru ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi u li Nexia BT iffalsifikaw dokumenti.
//= $special ?>