Żewġt irġiel ġew arrestati wara sejba ta’ madwar 200 għasfur tal-għana mhux reġistrati u b’indikazzjoni li kienu għall-bejgħ. L-arrestati huma raġel ta’ 49 sena minn Santa Venera u ieħor ta’ 46 sena mill-Fgura.
Fi stqarrija ntqal li l-Pulizija llum wettqet spezzjonijiet f’diversi lokalitajiet wara li rċeviet informazzjoni li xi persuni impurtaw b’mod illegali għasafar tal-għana minn Sqallija, u li kienu qed jinbiegħu fis-suq lokali. Mandati ta’ arrest u tfittxija saru f’pet shop fiż-Żejtun u fi tliet residenzi f’Ħal Luqa, Santa Venera u Ħal Tarxien.
L-għasafar ġew iċċertifikati mill-uffiċjali tal-Wild Birds Regulation Unit (WBRU). L-għasafar li ma kellhomx ċurkett impost bil-liġi ġew imħarrba f’diversi lokalitajiet fil-preżenza tal-Pulizija u l-membri tal-Birdlife.
//= $special ?>