Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara inċident fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 66 sena qed isofri minn grieħi gravi u ttieħed l-isptar wara li safa’ milqut minn mutur fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:20 fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun meta mutur tat-tip Sym Symphony misjuq minn raġel ta’ 40 sena mir-Repubblika Ċeka u residenti Birkirkara laqat lill-anzjan li huwa minn Santa Venera.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-anzjan l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.