Mixja twila mimlija sfidi iżda fuq kollox mimlija b’ħafna suċċessi. Din hi l-istorja ta’ Bonnici Brothers, kumpanija li ilha topera f’pajjiżna fil-qasam tal-infrastruttura għal dawn l-aħħar 40 sena.
L-istorja ta’ din il-kumpanija tmur lura għas-sena 1975 meta investew fl-ewwel apparat tagħhom. L-ewwel bdew joperaw fl-iskavar imbagħad imxew għas-settur tal-infrastruttura. Minn dakinhar ‘il quddiem qatt ma ħarsu lura u llum jimpjegaw madwar 250 ħaddiem f’kumpaniji differenti madwar Malta. Għall-futur għandhom il-ħsieb li jespandu f’oqsma oħra
Bonnici Brothers għandha wkoll partnership ma’ kumpaniji internazzjonali tal-kostruzzjoni. Wieħed mill-għanijiet ta’ din il-kumpanija hi li jtejbu l-ħajja tal-poplu fejn filfatt huma involuti fi proġetti ambizzjużi f’pajjiżna. L-għan aħħari tagħhom hu li jgħinu lil Malta tkun pajjiż aħjar.
Preżenti għall-attività li fiha fakkru l-40 sena mill-ftuħ tal-kumpanija kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn feraħ lid-diriġenti ta’ din il-kumpanija għas-suċċessi li kisbu matul is-snin.
//= $special ?>

