Ekonomija Lokali Xjenza u Teknoloġija

Budget li nesa r-riċerka; settur li tnaqqar fl-aħħar 5 snin

Ċifri li ġew riprodotti fir-Rapport Annwali tal-MCST juru li mill-2012 ‘l hawn naqas drastikament l-investiment ta’ pajjiżna fir-riċerka u l-inżvilupp – xi ħaġa li kienet evidenti wkoll fil-Budget li ġie preżentat għas-sena li ġejja.

Id-data turi li bejn l-2010 u l-2012 kien żdied b’mod qawwi l-investiment fir-riċeka. Iżda fil-perijodu 2013 – 2016 il-Gvern jidher li naqqar sew dan l-investiment. Kienu biss in-negozji li żammew stabbli l-kontribuzzjoni tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Fl-2016, l-aktar ċifri riċenti li għandha f’idejna, kien hemm tnaqqis ta’ €10 miljuni fir-riċerka.

U f’pubblikazzjoni li ħarġet din il-ġimgħa mill-Kamra tal-Kummerċ, il-President tal-istess Kamra Frank V Farrugia jgħid illi l-ġid ekonomiku li qed joħloq il-pajjiż għandu jibda jitpoġġa’ fejn verament hu meħtieġ, sabiex ikun hemm tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tagħna.

Fl-istess publikazzjoni Marisa Xuereb, Direttur ta’ kumpanija lokali, tgħid li bħala pajjiż qed nirrepetu żballji tal-passat. Hi għamlet referenza għan-nuqqas tal-Budget illi ma jinvestix fir-riċerka, filwaqt li tisħaq fuq il-bżonn li nħarsu l-fibra soċjali ta’ pajjiżna. Il-Managing Partner ta’ RSM Maria Micallef, minn naħa tagħha tixgħel bozza fuq l-importanza li nħarsu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.