– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dan hu Gvern taċ-ċifri waqt li l-Oppożizzjoni hi waħda tan-nies.
Fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li qal li l-gvern impjega madwar 700 person of trust. Kien hawn 4,000 negozju li għalaq iżda l-Prim Ministru qal li ma jimpurtax minn dan għax fetħu 12,000 oħra. Hu qal li dawn l-4,000 negozju huma importanti ħafna għaliex huma faddalu u ħadu loan biex jipprovaw joħolqu l-ġid għall-familji tagħhom.
Il-Prim Ministru qed jarmiehom dawn, sostna Adrian Delia li kompla li għall-PN wara kull negozju li falla hemm persuna u familja.
Dwar l-immigrazzjoni, Adrian Delia qal li l-gvern qed iwettaq reazzjoni ta’ paniku għal xi ħadd li ma jippjanax. Hu qal li għal dan il-gvern l-intelliġenza tfisser biss flus u spjega kif dan m’għandux ikun argument emottiv. Malta hi l-aktar pajjiż popolat fl-Ewropa jekk mhux fid-dinja u warajna hemm l-Olanda.
Hu ovvju li l-ekonomija ma tistax tkun ippjanata fuq żieda qawwija fil-popolazzjoni. Adrian Delia qal li l-popolazzjoni qed tiżdied bil-bosta u f’qasir żmien. Il-Gvern għażel mudell ekonomiku fejn il-barranin iridhom biex iħallsu l-bolla.
Il-Kap tal-Opożizzjoni qal li l-Gvern m’għandux pjan dwar l-immigrazzjoni u kompla li l-Prim Ministru semma’ biss 1,540 bejn tobba, infermiera u pulizija li ngaġġa. Il-Gvern ma jimpurathx minn Għawdex, sostna Adrian Delia, li kompla li s-700 persuns of trust qed jiswew €100 f’ħames snin. Adrian Delia kompla li l-Prim Ministru jiġġustifika b’mod fqir il-falliment fil-pensjonijiet u l-mod kif irid il-barranin biex dawn iħallsu l-bolla. Dan hu mudell ekonomiku żbaljat. Il-gvern qed jadotta biss il-kejl tal-GDP meta fir-realtà l-ħajja qed tgħolha b’4% li tirriżulta minn statistika tal-gvern stess.
Dan hu Gvern li ma jridx jaħdem man-negozji żgħar iżda mal-kbar biss iżda l-PN jrid jaħdem ma’ kulħadd. Hu semma’ l-industrija tal-films u n-negozju li din ġabet magħha. Hu qal li din l-industrija sparixxiet. Fl-avjazzjoni l-gvern jidher li m’għandux pjani bl-Oppożizzjoni tipproni diversi proposti għal dan is-settur.
Il-Gvern ammetta li qata’ qalbu mil-housing soċjali u spjgea kif Malta hi l-aktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa. Il-Prim Ministru ammetta falliment li jirrikonoxxi l-kontriubt kbir tan-negozji ż-żgħar. Hu qal li l-Gvern falla fl-ambjent ħlief għall-ftit li jistgħu jibnu fl-ODZ.
Ilgervn ma jidx jammetti li m’għandu soluzzjonijiet fl-ambjent u fl-edukazzjoni. Hu qal li l-gvern am jrdix jammetti n-numru ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola. Hu kkritika l-politika tal-gvern dwar il-kwalità tal-arja u qal li t-tniġġiż tal-arja qed jeffettwa lil ħafna nies.
Adrian Delia qal li ma jafx x’inhuma l-investimenti kapitali li għandu l-gvern għaliex il-gvern ma qalhomx. Il-Gvern m’għandux pjan f’diversi setturi fosthom fis-saħħa u dwar kif se jsewwi r-reputazzjoni ta’ Malta; liema reputazzjoni kisser hu stess.
//= $special ?>