Lokali

Hey Now – Ira Losco toħroġ Music Video ġdid

Ir-reġina tal-mużika pop lokali, Ira Losco,  ħarġet music video ġdid bl-isem “Hey Now”. Din hija l-ħames single mill-album tagħha “No Sinner No Saint.” L-ewwel wieħed ta’ dan ix-xorta, l-album huwa maqsum fit-tnejn bi tnax-il diska fuq kull cd.

Il-video jibda bil-frażi “hemm żewġt naħat għal kull storja” frażi li takkumpanja l-idea tal-album doppju u tagħti ħjiel għal dak li ser iseħħ ftit ġimgħat oħra.

Filwaqt li “Hey Now” inġibed minn Matthew Muscat Drago taħt id-direzzjoni ta’ Steven Levi Vella fhuwa mimli xeni kuluriti u vibranti li jakkunpanjaw is-silta ta’ stil ‘reggaeton’.

Ira Losco saħqet, “l-idea li noħroġ single waħda min ‘No Sinner’ u l-oħra min ‘No Saint’ qatt ma kienet pjanata imma l-idea li jinħolqu żewġt vidjows kuntrastanti għoġbitni bħala idea.”

L-ewwel video “Hey Now” Ira tieħu rwol ta’ mara li l-pjanijiet taż-żwieġ ma marrux skont ix-xewqa tagħha. Issib wens ġo darha u mal-pjanti tagħha, iżda eventwalment timxi l-quddiem fil-ħajja u tara kif ser taħrab mil-ħajja monotona ta’ kuljum.

Il-Kanzunetta “Hey Now” tinsab fis- seba’ album ta’ Ira losco li jismu “No Sinner No Saint”. l-album huwa produzzjoni ta’ Howard Keith u ġie irrekordjat Jagged House Studios.