Olaf Scholz, il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż, qed iħeġġeġ li jkun hemm żieda konsiderevoli fil-paga minima fil-pajjiż.
Il-Ġermanja ilha biss mill-2015 bil-paga minima nazzjonali meta ddaħħlet fuq insistenza tal-Partit Soċjal-Demokratiku li anki dak iż-żmien kien parti mill-koalizzjoni tal-Gvern immexxija minn Angela Merkel.
L-ammont tal-paga minima hu rivedut kontinwament.
Din kienet bdiet b’rata ta’ €8.50 kull siegħa u fl-2017 żdiedet għal €8.84. Issa l-Kabinett Ġermaniż approva li din titla’ għal €9.19 fis-siegħa f’Jannar u mbagħad €9.35 fl-2010.
Scholz, li hu Soċjal-Demokratiku kif ukoll il-Viċi Kanċillier ta’ Merkel, f’artiklu li kiteb għall-ġurnal Bild qal li jemmen li paga minima ta’ €12 fis-siegħa hi approprjata u l-kumpaniji m’għandhomx iżommu lura milli jagħtu paga tajba.
//= $special ?>

